Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013, sar l-Oratorju ‘San Paolo Evangelizza I Maltese’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkazjoni tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913. Dan kien jinkludi l-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, kor u solisti. L-Oratorju ta’ Mro Carlo Diacono inkiteb apposta għall-Kungress Ewkaristiku tal-1913.

Matul din il-ġimgha ser isiru numru ta’ attivitajiet fl-okkażjoni tal-Ġimgha Ewkaristika li bdiet nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju, u tagħlaq nhar il-Ġimgha 7 ta’ Ġunju 2013 b’ċelebrazzjoni fi Pjazza San Ġorg, il-Belt Valletta.

AGĦFAS HAWN għall-attivitajiet kollha li qegħdin jittellgħu fl-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]