Starving child

Li tinstab soluzzjoni għall-“iskandlu kontinwu” tal-ġuħ fid-dinja għandu jkun ta’ priorita assoluta. Dan qalu r-rappreżentant tal-Vatikan għall-Ġnus Maqgħuda, l-Arċisqof Francis A. Chullikatt, meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-miri tal-iżvilupp sostenibbli. Bħala osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, qal li “hu tal-mistħija li tant u tant nies fqar fid-dinja qed ikomplu jsibu lilhom infushom f’sitwazzjoni li ġġibhom awtomatikament vittmi bla saħħa ta’ xejn tal-problema ta’ ġuħ kroniku”.

Huwa appella lill-Ġnus Maqgħuda sabiex  issib “mudelli sostenibbli ta’ sigurta fl-ikel u nutrizzjoni” sabiex il-ġuħ għal madwar biljun ruħ madwar id-dinja kollha jispiċċa, partikolarment meta l-komunita internazzjonali tista’ “tipproduċi biżżejjed ikel għal kull bniedem fid-dinja”.