Illum, nifirħu lill-Eċċellenza tiegħu, Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, f’għeluq l-54 sena tiegħu.

Mons. Scicluna iben Emanuel u Maria Carmela née Falzon, twieled f’Toronto, il-Kanada, fil-15 ta’ Mejju 1959.

Fis-6 ta’ Ottubru 2012, ġie nominat Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, u Isqof Titulari ta’ San Leone, mill-Papa Benedittu XVI. Huwa ġie ordnat Isqof fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar l-24 ta’ Novembru, 2012.

Ħalli l-awgurju tiegħek lill-Monsinjur Scicluna hawn taħt.

Ritratt: Photocity, Valletta.