Il-Ġimgħa, 5 ta’ April 2013, il-membri tal-Ordni Sekulari Karmelitan Tereżjan inġabru fis-Sala “Madonna tal-Karmnu”, B’Kara, għal-laqgħa straordinarja mad-Definitur Ġenerali tal-Ordni, P. John Grennan ocd. Hu ħeġġiġhom biex jgħixu r-Regola billi jżommu lil Kristu fiċ-ċentru ta’ ħajjithom u saħaq biex jibnu l-ħajja spiritwali tagħhom fuq tliet pedamenti: l-umiltà, imħabba u distakk skond ma tgħallem Santa Tereża ta’ Ġesù.

Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-website http://www.oskt.wordpress.com