L-Arċisqof ta’ Los Angeles appella lill-Istati Uniti tal-Amerka sabiex ma tinjorax l-umanita tal-irġiel, in-nisa u t-tfal li jinsabu fil-pajjiż illegalment, għax jekk tagħmel hekk, tirriskja titlef ruħha. Mons Jose H. Gomez qal li wasal iż-żmien li l-Amerka tadotta immigrazzjoni komprensiva li tipprovdi lill-immigranti mhux dokumentati biċ-ċittadinanza. Appella wkoll lill-uffiċjali Amerikani sabiex iwaqqfu l-prattika tat-tkissir tal-familji permezz tad-deportazzjoni. Temm jappella għar-riforma tal-immigrazzjoni, fi kliemu urġentissima.