Permezz tal-Maratona Oħloq Tbissima li saret f’Awwissu 2012, inġabret is-somma sabiħa ta’ €202,942.11.

Dawn il-flus tqassmu fil-missjonijiet rispettivi u ser jintużaw biex titkompla l-ħidma missjunarja tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Peru, fil-Pakistan, fil-Filippini u anke hawn Malta, kif ukoll, biex tkompli titqajjem kuxjenza missjunarja.

Minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min b’xi mod jew ieħor jagħti l-għajnuna tiegħu sabiex kull sena tinġabar somma sabiħa, li permezz tagħha joħroġ ħafna ġid. Oħloq Tbissima 2013 se ssir bejn it-12 u l-14 ta’ Lulju.