White smoke from Vatican chimney

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, qal li l-Papa Benedittu XVI qed jikkunsidra li jippubblika Motu Proprio (li tradotta għall-Malti mil-Latin tfisser ‘bl-inizjattiva tiegħu’) biex jikkjarifika xi punti dwar il-Kostituzzjoni Appostolika dwar konklavi. Dan qabel ma jkun vakat is-sede papali fi tmiem dan ix-xahar ta’ Frar.

Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Kelliem għall-Vatikan Padre Federico Lombardi qal li fid-dokument li Benedittu XVI qed jikkunsidra jippubblika fil-jiem li ġejjin, jista’ jkun li jintefa aktar dawl fuq meta se jibda jsir il-konklavi.

Hu mifhum li permezz tiegħu, il-Papa jista’ jkun li jkun qed jantiċipa d-data tal-konklavi. Peress li skont meta jsir il-konklavi, jista’ jkun li l-elezzjoni ta’ Papa ġdid u l-bidu tal-ministeru tiegħu jaħbtu ma’ xi attivitajiet ta’ żmien l-Għid, allura hu possibbli li d-dettalji tad-dokument tal-Papa se jiċċaraw dan.