It-Tnejn 1 ta’ Frar, fl-Awla tal-Konċistorju fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan se jinżamm Konċistorju Pubbliku Ordinarju b’vot fuq il-kanonizzazzjoni ta’ dawn il-Beati:

-Antonio Primaldo u sħabu, martri;

– Laura di Santa Caterina da Siena Montoya Y Upegui, verġni, fundatriċi tal-Kongregazzjoni tal-Missjonijiet ta’ Marija Immakulata u Santa Katerina ta’ Siena; u

– Maria Guadalupe Garcia Zavala, ko-fundatriċi tal-Kongergazzjoni ta’ dawk magħrufa bħala Handmaids of St Margaret Mary (Alacoque) u dawk li jgħinu lill-foqra.