Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar ser tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. It-tema għal din is-sena hija: “X’jistenna minnek il-Mulej?” (Mik 6, 6-8)

Għal din l-okkażjoni se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan flimkien mal-Kunsill Ekumeniku, nhar il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013, fis-6.30p.m., fil-knisja ta’ St. Patrick’s, tas-Sliema (din il-knisja tas-Salesjani tinsab ġewwa il-bieb prinċipali tal-kulleġġ tas-Salesjani). L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jippresiedi dan is-servizz ta’ talb.

AGĦFAS HAWN biex tniżżel il-Programm tal-Ġimgħa Ekumenika