ĊAM Productions International (ĊPi), hija l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).  Din hija organizzazzjoni li m’għandiex skop ta’ profitt, u taħdem bil-għan li t’evanġelizza u toħloq kuxjenza missjunarja permezz ta’ pjattaformi differenti tal-midja.

Matul is-snin, ĊPi laħqet l-għan tagħha li tipproduċi dokumentarji reliġjużi u ta’ natura soċjo-reliġjuża ta’ livell professjonali, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.  Sa mill-1999, ĊPi ilha xxandar il-messaġġ tal-Iskrittura Mqaddsa f’eluf ta’ djar, permezz tal-programmi televiżivi li ta’ kull ġimgħa xxandar fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni.

Sabiex jintlaħaq dan, ĊPi hija attrezzata bi studjo u faċilitajiet oħra meħtieġa.  Matul din l-iskeda televiżiva, ċ-ĊPi qed tipproduċi l-progamm Sejjaħtli fuq Favourite TV, li din is-sena qiegħed fit-tnax-il sena tiegħu, UĊUĦ fuq NET TV u Senisilhena li jixxandar fuq TVM2 u TVM.

ĊPi ipproduċiet ukoll proġetti awdjo-viżwali li jippromwovu u joħolqu kuxjenza missjunarja, (speċjalment il-missjonijiet MSSP).  Proġetti li jesponu l-ġmiel ta’ kulturi, postijiet u reliġjonijiet differenti u li jistednuna ngħixu fil-paċi u f’armonija flimkien.  Għal dan il-għan, għal dawn l-aħħar għaxar snin, iċ-ĊPi ipproduċiet maratona ta’ sittin siegħa ta’ trasmissjoni u xandir b’risq il-foqra tal-Peru, Pakistan, Filippinu, Dar San Ġużepp u għall-Evanġelizzazzjoni permezz tal-midja.

Iċ-ĊPi issa ser tkun qed tiffaċċja sfida oħra:- dik li testendi l-viżjoni tagħha fir-rigward tal-ħidma fil-midja, billi tutilizza l-forza tal-firxa li toffri l-midja mxandra fuq l-internet, permezz tal-portal ta’ Evanġelizzazjoni “fidi”.   Billi nvestiet f’faċilitajiet moderni, taspira li tilħaq firxa kbira ta’ nies, u twassal il-messaġġ tal-Evanġelju, li jibqa’ dejjem relevanti, b’modi ġodda.

Fidi  Kuntatt

Indirizz: Dar ta’ San Guzepp, Triq il-Kbira, Santa Venera SVR1010, Malta.

Telefon: 2144 4499

Email: fidi.org.mt: [email protected]

Programmi: [email protected]

Facebook: fidi.org.mt: https://www.facebook.com/pages/fidiorgmt/480456075332891?fref=ts

CPI: https://www.facebook.com/camcpi