Pope praying

Matul dan ix-xahar ta’ Jannar 2013, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob bl-intenzjoni ġenerali li f’dis-sena tal-fidi, l-insara japprofondixxu l-għarfien tagħhom dwar il-misteru ta’ Kristu u jagħtu xiehda ħienja tad-don tal-fidi fih.

L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa ħabbret ukoll l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika matul dawn l-ewwel xahar tas-sena 2013. Qalet li l-Papa qed jitlob sabiex il-komunitajiet insara ta’ Lvant Nofsani, ħafna drabi vittmi ta’ diskriminazzjoni, jirċevu mill-Ispirtu s-Santu l-qawwa tal-fedelta u l-perseveranza.