Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI fakkar il-bidu tal-Avvent u ftuħ is-sena liturġika l-ġdida u ddedika l-katekeżi tal-udjenza ġenerali biex iħeġġeġ l-għejxien ta’ dan l-istaġun bħala att ta’ fidi fil-pjan benevolenti t’Alla għall-umanita.

Intant, fl-udjenza tal-Erbgħa l-Papa esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-kriżi umanitarja fir-Repubblika Domenikana tal-Kongo. Huwa appella sabiex tingħata għajnuna lill-poplu ta’ dan il-pajjiż, li hu kkaratterizzat minn ġlied armat u vjolenza.