Nhar it-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-kampus tal-Universita’, fejn saret il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi ‘Make my House a Home’, organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teologija b’kollaborazzjoni ma’ radju RTK. Il-kampanja saret b’risq il-programm ta’ kura preventiva tal-Uffiċċju Ċentrali ‘Ejjew Għandi (Djar tat-Tfal tal-Knisja) li jgħin it-tfal fic-child day care centres, il-vittmi ta’ vjolenza domestika u l-familji li jbatu minn problemi soċjali.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]