Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem tal-istudenti li se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta. Din saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

L-Arċisqof feraħ lil gradwati kollha, u qallhom li Ġesu jifrah magħhom ukoll tas-suċċess li għamlu fl-edukazzjoni tagħhom. Hu ħeġġeġ lil gradwati biex jagħmlu riflessjoni biex fil-karriera tagħhom jaġixxu etikament tajjeb fir-responsabiltajiet tagħhom. L-Arċisqof ħeġġiġhom sabiex “jimxu bil-ħlewwa ma kulħadd” (S.Pawl lil Titu) u biex ma jinsewx l-umanita’ tagħhom għaliex b’hekk biss jistgħu jkunu ta’ ġid għall-oħrajn.”

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]