Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Novembru 2012,  saret tat-tnedija uffiċċjali ta’ website ġdida http://archives.maltadiocese.org li ġiet inawgurata llum mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Il-website tiġbor fiha l-Arkivji tal-Arċisqof li jinsabu fil-Kurja. Din tinkludi dokumenti ta’ bejn l-1531 u l-1898, fosthom dokumentazzjoni uffiċċjali dwar il-visti pastorali, atti ċivili, reġistri  u oħrajn.

Studenti u ricerkaturi spiss juzaw l-arkivji tal-Kurja għall-proġetti tagħhom u għalhekk inħasset il-ħtiega li dawn jigu diġitizzati u aċċessibbli online. Dan il-proġett tmexxa mid-dipartiment tal-Teknologija tal-Informatika tal-Arċidjocesi ta’ Malta, flimkien mal-kumpanija Exigy. Matul it-tnedija tal-website http://archives.maltadiocese.org l-Arċisqof esprima x-xewqa tiegħu li iktar persuni jirriċerkaw l-istorja tal-Knisja Maltija u s-sehem importanti tagħha fis-soċjeta’.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]