The rich man

Fl-aħħar messaġġ pubbliku tiegħu, il-Papa Benedittu XVI irrifletta dwar l-għana fil-kuntest tal-Vanġelu tar-raġel għani. Il-Papa qal li filwaqt li hu diffiċli li raġel għani jidħol fis—saltna t’Alla, mhux impossibbli. Fil-fatt fisser li “Alla jista’ jirbaħ il-qalb ta’ min għandu ħafna rabtiet u jwasslu lejn sens ta’ solidarjeta u qsim ma’ min hu fil-bżonn, ma’ min hu fqir, bil-għan li jidħol fil-loġika tal-premju”.

“L-istorja tal-Knisja hi mimlija eżempji ta’ nies għonja li użaw l-għana tagħhom fi spirtu evanġeliku u kisbu l-qdusija. Neħtieġu naħsbu f’San Franġisk, Santa Eliżabetta jew San Karlu Borromeo”, kompla.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika għalaq l-indirizz tiegħu biex talab il-barka t’Alla fuq il-fidili, waqt li esprima t-tama li waqt is-Sena tal-Fidi, il-fidi jkollha l-kuraġġ tipprovoka talba għall-għajnuna t’Alla dwar kif nistgħu nagħtu għajnuna lill-fqar, lill-morda u lil dawk qed ibatu. Hekk toħroġ ix-xiehda tal-ħajja ta’ dejjem.