A cardinal taking possession of diaconate

Nota maħruġa mill-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ipprovdiet dettalji dwar it-teħid tal-pussess ta’ dawn it-titli u djakonati:

It-Tnejn 8 t’Ottubru fis-6pm, il-Kardinal Lucian Muresan, Arċisqof ewlieni ta’ Fagaras u Alba Julia fir-Rumanija, se jieħu l-pussess tat-titlu ta’ San Anastasju f’Ruma.

Il-Ħadd 14 t’Ottubru, il-Kardinal George Alencherry, Arċisqof ewlieni ta’ Ernakulam-Angamaly ta’ Syro-Malabars fl-Indja se jieħu l-pussess tat-titlu ta’ San Bernardu ta’ Terme f’Ruma, filwaqt li nhar is-Sibt 20 t’Ottubru, fis-6.30pm, il-Kardinal Julien Ries, se jieħu l-pussess tad-djakonat ta’ San Anton ta’ Padova f’Appia f’Ruma.