U.S. Ambassador killed in Benghazi

Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Patri Ġiżwita Federico Lombardi, għamel dikjarazzjoni dwar l-attakk riċenti kontra l-konsolat Amerikan fil-belt Libjana ta’ Benghazi.

“L-attakk tabilħaqq serju organizzat kontra l-missjoni diplomatika tal-Amerka fil-Libja, li wassal għall-mewt tal-ambaxxatur u xi persuni oħra, hu sejħa għall-iktar kundanna iebsa min-naħa tas-Santa Sede. Xejn ma jista’ qatt jiġġustifika l-attivita ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi u vjolenza li ssegwi bit-telf tal-ħajjiet. Flimkien man-niket tagħna u t-talb għall-vittmi, nesprimu mill-ġdid it-tama li, minkejja din l-aħħar traġedja, il-komunita internazzjonali tiskopri l-iktar mezzi favorevoli biex tissokta bl-impenn favur il-paċi fil-Libja u fi Lvant Nofsani.