Pope during prayers

Il-Papa Benedittu XVI, fit-talb tiegħu matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, qed jiftakar b’mod speċjali f’kull min jemmen, u qed jitlob sabiex kulħadd jirrikonoxxi l-preżenza ħajja ta’ Ġesu fl-Ewkaristija.

L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, tħabbar l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Kap tal-Knisja Kattolika. Qalet fil-fatt, li l-intenzjoni ġenerali tal-Papa f’dan ix-xahar hi “sabiex il-fidili jirrikonoxxu fl-Ewkaristija l-preżenza reali ta’ Kristu Mqajjem mill-Mewt, hu li jakkumpanjahom matul il-ħajja tagħhom ta’ kuljum”.

Intant, l-intenzjoni missjunarja għat-talb tal-Papa dax-xahar hi biex “l-insara fl-Ewropa jiskopru mill-ġdid l-identita vera tagħhom u jieħdu sehem b’entużjażmu ikbar fil-proklamazzjoni tal-Vanġelu u jipparteċipaw b’iżjed ħeġġa fit-tixrid tal-Kelma”.