Sansepolcro

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-1,000 anniversarju ta’ Sansepolcro, il-belt karatterizzata mill-paċi u l-ġustizzja apparti li deskritta bħala mudell tal-Vanġelu, il-Papa Benedittu XVI qal li l-Insara llum għandhom isibu modi kif jippromwovu fl-ibliet u l-pajjiżi fejn jgħammru, valuri tal-Vanġelu waqt li jilqgħu u jirrispettaw lil min iħaddan twemmin differenti.

Waqt iż-żjara li għamel f’Sansepolcro, il-post imsemmi għas-Santu Sepulkru f’Ġerusalemm, il-Papa appella lin-nies tal-post sabiex jinqdew bl-anniversarju biex jimitaw lil San Arkanu u San Eġidju, li waqqfu dil-belt wara li rritornaw minn Ġerusalemm. Iż-żewġ qaddisin kienu jqisu l-belt bħala l-post fejn l-insara jaqdu s-sejħa tagħhom u jibnu soċjeta karatterizzata mill-paċi miksuba mit-tħaddim tal-ġustizzja.

“Illum neħtieġu s-servizz tal-Knisja madwar id-dinja, espress mil-lajċi involuti fis-soċjeta ċivili b’sens ta’ rieda li tmur lil hinn mill-interessi personali u partiġġjani tagħhom. Il-ġid komuni jkun ivvalutat iktar mill-ġid tal-individwu u jkun sta għall-insara li jikkontribwixxu għall-ħolqien t’etika ġdida”, qal il-Papa.

Il-Papa wasal Santosepolcro f’maltempata, tant li kellu jħassar żjara f’La Verna, sit ta’ Santwarju Franġiskan fejn hu miżmum li San Franġisk t’Assisi ħa l-pjagi.

Il-Papa fetaħ il-ġurnata f’Arezzo, fejn iċċelebra l-ewkaristija f’park fil-preżenza ta’ madwar 30,000 ruħ, fosthom il-Prim Ministru Taljan Mario Monti.