“Din hi l-komunità afdata f’idejk: ħudli ħsiebha.” Dan hu l-kliem li l-Arċisqof itenni fil-pussess, kif jissejjaħ, jew aħjar iċ-ċerimonja uffiċjali li matulha kappillan jagħti bidu għall-ħidma pastorali tiegħi fil-parroċċa afdata f’idejh.

Naturalment, l-għażla ta’ kappillan, kif spjega lil IL-ĠENSillum online Fr Ray Toledo, Delegat tal-Arċisqof fis-Segretarjat għall-Ħajja u Ħidma fil-Parroċċi, “tirrikjedi ħafna ħsieb. Dan l-aħħar rajna kemm ħatriet ta’ kappillani li saru għall-ewwel darba, kif ukoll ċaqliq ta’ oħrajn minn parroċċa għal oħra. Is-sitwazzjoni preżenti hija li d-domanda għal din ir-responsabbiltà qed tikber dejjem iktar maż-żmien”.

Imma x’inhuma l-kwalitajiet li għandu jkollu kappillan żagħżugħ, staqsiet IL-ĠENSillum online?

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com