-
-
Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019, is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof iċċelebra Jum l-Iskola bit-tema ta’ din is-sena kienet: Be God’s Microphone (Kun il-Microphone tal-Mulej), espressjoni ta’ San Oscar Romero.
Fil-bidu tal-ġurnata, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-istudenti tad-disgħa, l-għaxar u l-ħdax-il sena. Waqt diskussjoni mal-istudenti ġie diskuss kif iż-żgħażagħ llum għandhom jinkoraġġixxu lil xulxin speċjalment billi jużaw kliem li jibni lill-oħrajn. L-istess tema ġiet diskussa mal-istudenti tas-seba’ u t-tmien sena.
Wara, l-Arċisqof ħa sehem f’ċelebrazzjoni mal-istudenti u l-istaff tal-primarja. It-tema ta’ din iċ-ċelebrazzjoni kienet li l-istudenti għandhom ikunu iżjed attenti dwar kif jitkellmu bejniethom u anke mal-adulti. Il-ġurnata ntemmet b’laqgħa mal-istaff li matulha kellhom l-opportunità li jiddjalogaw mal-Arċisqof. Huwa fakkar lill-istaff fir-responsabbiltà tagħhom li jkomplu jikbru fil-fidi biex ikunu jistgħu jaqsmuha mal-istudenti.
-
-
-
-
-
-
Ritratti: knisja.mt/ritratti