Fr Peter Serracino Inglott ilbieraħ mar jiltaqa’ mal-Ħallieq fis-sema, wara żmien rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Is-saċerdot filosofu, eks-Rettur tal-Università ta’ Malta u għal ħafna snin konsulent tal-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami, miet fl-età ta’ 75 sena.

Il-funeral ta’ Fr Peter, kif kien magħruf minn kulħadd, se jsir nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9.30am. Mill-Isptar Mater Dei l-korteo funebri se jgħaddi mill-kampus tal-Università fejn il-korp akkademiku u l-istudenti se jagħtuh l-aħħar tislima. Wara l-korteo jkompli għall-knisja tal-Ġiżwiti fi Triq Merkanti l-Belt, fejn jitpoġġa għall-qima tal-pubbliku sas-2pm. Aktar tard il-korteo jitlaq lejn il-knisja Arċipretali ta’ San Pawl fil-Belt stess, fejn issirlu quddiesa praesente cadavere fis-2.15pm.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com