Minn nhar it-Tnejn 26 sa nhar il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser imexxi l-eżerċizzi spiritwali tar-Randan għall-persuni separati fil-Knisja tas-Sarrija, il-Furjana, fis-7.oo p.m.

Dawn l-eżerċizzi huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana, il-Caritas u l-Kummissjoni Djoċesana Familja.