“Il-Kelma ta’ Alla li tħabbritilna llum toffrilna żewġ tixbihat li bihom nistgħu naqraw is-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha – żewġ fenomeni li t-tnejn jindikaw nuqqas ta’ ħajja!”

Hekk sostna l-Ħadd li għadda Mons Mario Grech waqt konċelebrazzjoni li saret fil-knisja parrokkjali tal-Salvatur, Għasri, li matulha żewġ seminaristi ngħataw il-Ministeri tal-Lettorat u l-Akkolitat.

L-Isqof Grech kien qed jirreferi għal-ilma tad-dilluvju, li qrajna dwaru fl-ewwel qari l-Ħadd li għadda u d-deżert li rrefera għalih l-Evanġelju.

Mons Grech iqabbel l-għarar kbar li ġab id-dilluvju, “li ħarbat l-art, l-ilma kotran għamel diżastru, u l-qerda kienet totali”, mas-soċjetà moderna fejn il-bniedem huma mgħaddas fil-ġid. “Il-ġid mhux ħaġa ħażina fih innifsu, imma l-mod kif aħna nirrelataw mal-ġid jista’ jkun żbaljat! L-affluwenza u l-materjaliżmu qed jeqirdu għadd ta’ valuri u doni li kienu jżejnu lill-bniedem.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com