Nhar il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda seminar dwar il-bilanċ bejn il-ħajja fil-familja fuq il-post tax-xogħol, organizzat mill-ProġettImpenn fil-Lukanda Phoenicia.

Il-kelliema prinċipali kienu Dr Rita Borg Xuereb, President tal-Kummissjoni Djoċesana Familja, u s-Sur Joseph Farrugia, Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem. Kien hemm ukoll qsim ta’ esperjenza minn koppja miżżewġa u messaġġ mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. f’għeluq il-konferenza.

AGĦFAS HAWN biex taqra d-diskors ta’ Dr Rita Borg Xuereb.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]