Pope Benedict XVI

Il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għad-49 Jum Dinji tat-Talb għall-Vokazzjonijiet tnieda bit-tema ‘Il-Vokazzjonijiet, ir-Rigal tal-Imħabba t’Alla”. Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa jappella lill-kleru, lir-reliġjużi u lill-katekisti tal-Knisja sabiex jagħtu attenzjoni lil dawk il-membri tal-komunitajiet parrokjali, assoċjazzjonijiet u movimenti ekkleżjali li juru li huma msejħa għas-saċerdozju jew għall-ħajja kkonsagrata.

Huwa qal li hu importanti għall-Knisja sabiex toħloq il-kundizzjonijiet li jippermettu żgħażagħ li jgħidu ‘iva’ fi tweġiba ġeneruża għas-sejħa tal-imħabba t’Alla.

“Il-kuntest jeħtieġ ikun wieħed ta’ talb u talb quddiem Ġesu fl-Ewkaristija”, qal Fr Robert Gahl, Professur tal-Etika fl-Universita Pontifiċja tas-Salib Imqaddes f’Ruma. “Tiġini f’moħħi wkoll il-formazzjoni b’saħħtiha, sabiex dawk imsejħa minn Alla jirċevuha, partikolarment id-direzzjoni spiritwali”, qal lil Radju Vatikan.

Fi kliemu, “id-direzzjoni spiritwali ista’ tgħin individwi jiddixxernu jekk is-sejħa tagħhom hix tassew awtentika u jekk il-vuċi li jisimgħu ġo fihom hix dik tal-Ispirtu s-Santu”.