Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Frar 2012, Mons. Prospero Grech O.S.A., Kardinal Elett, ġie ordnat Isqof fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Mons. Grech ġie kkonsagrat Isqof mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u ngħata t-titlu personali ta’ Arċisqof Titulari ta’ San Leone fil-Basilicata (Italja). L-Isqfijiet ko-konsagranti fiċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni episkopali kienu Monsinjur Giuseppe Versaldi, Arċisqof u President tal-Prefettura tal-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa Sede, u l-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Mario Grech.
Nhar il-Sibt 18 ta’ Frar, Mons. Grech ser jinħatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Belt tal-Vatikan.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]