Nhar it-Tlieta 7 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., f’isem l-Arċidjoċesi ta’ Malta, ta ċ-ċurkett episkopali bħala rigal lill-Monsinjur Prospero Grech O.S.A. Dan iċ-ċurkett ser jintuża fiċ-ċelebrazzjoni tal-lum, l-Erbgħa 8 ta’ Frar. Is-Sur Joseph Galea ddiżinja ċ-ċurkett, u ħadmu fid-deheb s-Sur Vanni Bartolo. Iċ-ċurkett juri l-figura ta’ San Pawl bis-salib fuq naħa u l-lifgħa ħierġa mill-ħuġġieġa fuq naħa oħra. Iċ-ċurkett jirrapreżenta s-siġill tal-fidi u tal-għaqda ta’ mħabba tal-Isqof mal-Knisja tiegħu, imxebbħa ma’ għarusa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]