Ritratt (fuq): Jonathan Borg (The Malta Independent)

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Frar 2012, il-Kardinal Elett, Mons. Prospero Grech O.S.A., l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u Patri Emanuel Borg Bonello O.S.A., Provinċjal tal-Agostinjani f’Malta, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arċisqof. Saret ukoll preżentazzjoni minn Dun Jesmond Manicaro, Delegat tal-Arċisqof għall-Liturġija, dwar il-Quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Grech.

Din kienet opportunità għall-membri tal-istampa biex isiru jafu mill-qrib lil Mons. Prospero Grech li l-Erbgħa, 8 ta’ Frar, ser jiġi ordnat Isqof mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u fit-18 ta’ Frar ser jinħatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Belt tal-Vatikan.

Sir għaf lil Patri Prospero Grech. Ara l-edizzjoni speċjali ta’ Qalbinnies minn Ruma fuq YouTube billi tagħfas fuq dawn il-links:

L-EWWEL PARTI

IT-TIENI PARTI

IT-TIELET PARTI

Ritratti (fuq): Matthew Mirabelli (The Times)