Iż-żgħażagħ iġeddu il-fidi tal-knisja. Il-kontribut uniku taż-żgħażagħ insara u l-modi kif dan jista’ jikber huma l-punti ċentrali tad-diskussjoni waqt ‘Protagonisti’ – l-Assemblea għall-mexxeja taż-żgħażagħ ta’ din is-sena. L-Assemblea hija avveniment annwali li jwassal il-vuċi taż-żgħażagħ billi jiffoka fuq is-sehem partikolari tagħhom fi ħdan il-knisja.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-knisja se jattendu wkoll biex isegwu dak li għandhom x’jgħidu l-parteċipanti. Il-mexxejja huma mistennija li jitkellmu favur aktar attenzjoni għall-valuri u l-esperjenzi tal-fidi taż-żgħażagħ.

Din hija l-ħames Assemblea Nazzjonali mtella’ mill-Kummissjoni Djoċesanan Żgħażagħ. Nhar is-Sibt 11 ta’ Frar; Mount St Joseph, Tarġa Gap. Aktar informazzjoni fuq http://bit.ly/Protagonisti2012 .