L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof jixtieq jiċċara rapporti li dehru f’sezzjonijiet tal-media lokali li qalu u taw x’jifhmu li l-qniepen tal-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk ndaqqu bħala parti minn attivita politika li kienet qed issir fl-istess raħal. Dan mhuwiex minnu. Filfatt, il-qniepen tal-knejjes kollha llum qed idoqqu mota fl-okkażjoni tal-festa tal-Epifanija.