L-2012 issa tinsab magħna u magħha l-awguri għal sena ġdida mimlija risq u barka. Fl-istess ħin, ħarsa lejn il-previżjonijiet tal-osservaturi politiċi u ekonomiċi lejn is-sena l-ġdida huma aktarx ‘mudlama’ u mimlija tbassir ta’ sena diffiċli fejn il-kriżijiet tal-aħħar snin se jkomplu jiggravaw irwieħhom.

Hekk, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Fond Monetarju Internazzjonali, biex niċċitaw tnejn, qed ibassru tkabbir ekonomiku dinji kajman bl-ekonomiji żviluppati (aqra Ewropa, Amerika u Ġappun) b’riskju qawwi ta’ spirall ekonomiku negattiv frott il-problemi tad-dejn tal-gvernijiet, is-settur bankarju fraġli, id-domanda baxxa u l-paraliżi politika, hekk kif il-politiċi qed isibuha diffiċli jsibu s-soluzzjonijiet.

Irjieħ oħra qed iwasslu aħbarijiet dwar riskji ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani, mhux biss frott il-qagħda fis-Sirja iżda anki l-kunflitt permanenti bejn Iżrael u l-Palestinjani u l-beraq li ġej mill-Iran.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com