Pope in audience

Tul l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, dil-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI iddedika l-katekei tiegħu għal Salm 126 li qal li “jiċċelebra l-ħwejjeġ kbar li Alla għamel mal-poplu tiegħu, u li jkompli jagħmel ma’ kulħadd”.

Jagħmel referenza għall-istorja tal-poplu ta’ Israel wara l-eilju tal-Lhud fil-Babilonja u jgħid li “l-intervent divin jieħu forom differenti li mhux neċessarjament ikunu dawk mistennija jew maħsuba mill-bniedem. Bil-mod li bih jaħdem Alla l-Imbierek, huwa jirrevela l-qawwa divina tiegħu, il-ħniena u anki s-sens ta’ komfort ma’ min ikun fil-faqar u t-tbatija. Bil-ħelsien tal-poplu Lhudi mill-jasar tal-Eġittu, wieħed jara l-kobor t’Alla f’dak li għamel mal-bniedem. Is-Salm, mid-dimensjoni storika jgħaddi għal dik teoloġika billi jalludi għall-verita misterjuza tar-redenzjoni fejn ir-rigal tal-ħajja li għandna u l-mewt li għadha ġejja, jemalgamaw.

“Quddiem ir-realta trattata fis-Salm, fil-kuntest tal-Antik Testment, il-messaġġ jidher fil-milja tiegħu fil-misteru ta’ kristu u fid-dawl tal-Ġdid Testment…kull min jemmen jgħaddi minn mumenti ta’ dlam, bħaz-zerriegħa li biex tinbet u tagħti l-frott, trid taqa’ u tmut. Is-Salm jgħallimna kemm importanti hu li nibqgħu sħaħ fil-fidi tagħna f’Alla. Minkejja li l-istorja umana hi immarkata minn tbatija, inċertezza u mumenti ta’ krizi, hi storja ta’ salvazzjoni. “F’Ġesu Kristu l-ezilju tagħna jispiċċa, permezz tal-misteru tas-salib, fejn il-mewt ġiet trasformata f’ħajja”, temm il-Papa.