GĦAŻLIET – It-Tlieta 4.10.2011 – fuq Education 22, fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fil- 11.00pm u s-Sibt fl-10.15am
Matul l-iskeda li ġejja, Għażliet ser jibda jkun magħna b’żewġ programmi fil-ġimgħa ta’ tlett kwarti l-wieħed.
Għal dan l-ewwel programm GĦAŻLIET, Christine Delicata, li tippreżenta, ser tlaqqana ma’ Karen Mugliette, li minbarra li hija omm, hija wkoll lecturer l-Universita.
L-ispeċjalizzazzjoni ta’ Karen Mugliett hija l-ikel – kif il-ħajja tista’ tkun sostenibbli. Barra li ser titkellem magħha b’mod personali, ser titkellem magħha dwar valur importanti ħafna, li huwa kif wieħed ma jaħlix, kif wieħed iqis dak kollu li jixtri u li jagħmel, u kif jekk irridu nistgħu niffrankaw ħafna flus u enerġija jekk ngħixu bil-għaqal.
Dan jgħodd ukoll anke kif wieħed irabbi u jtella’ lit tfal tiegħu. Illum il-gurnata forsi aktar minn qatt qabel, ħafna jgħidu li qed inrabbu lit-tfal fil-ħela, li qed nagħtuhom kollox u li donnhom qatt ma huma kuntenti. Għalhekk Christine ser toħroġ diversi valuri oħra, li kull wieħed u waħda minna nistgħu nagħmluhom u b’hekk inkunu anke ta’ eżempju għal ħaddieħor. Matul din l-intervista, Karen Mugliett ser tkun mitluba wkoll tikkummenta dwar IL ritratti li ser jintwerew.
Fr Peter Serracino Inglott ser ikun qed jikteb scripts apposta għall-programm. Produzzjoni ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.