Dr Joe Zammit, tabib, ser jaqsam il-ħsibijiet tiegħu dwar il-ħajja u l-mewt.  Kirsten Pulis flimkien ma xi tfal ser ituna sorpriża ħelwa ħafna f’dan il-programm.  M’hemmx dubju li l-faxxinu ta l-Art Imqaddsa jkompli jħeġġiġna biex naraw wiċċ Ġesu anke bl-esperjenza ta Marthese Busuttil meta marret ‘Via Dolorosa’.  F’dan il-programm hemm ukoll esperjenza qawwijja ħafna min raġel li għadda tul ta żmien fil-vizzju ta l-Alkohol u ser jgħidilna kif bl-għajnuna t’Alla u tal-familja u ħbieb,  irnexxielu jeħles u jgħeleb dan il-vizzju tant ikrah! Arċisqof Pawlu Cremona O.P. din il ġimgħa ukoll ser jaqsam magħna tagħlim siewi dwar l-Evanġelu tal-Ħadd.

Dan kollu u ħafna aktar ser ikun ippreżentat fuq il-programm ta din il-ġimgħa fuq NET TV fit-8.30 p.m.