Fl-okażżjoni tal-Festa ta’ San Franġisk, Il-Patrijiet Franġiskani, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru fit-8 ta’ filgħaxija ser jorganizzaw lejla ta’ kant, ikel u logħob kif ukoll tberik tal-annimali nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru fl-10 ta’ filgħodu fil-wesgħa ta’ quddiem il-knisja. Fit-8.30 ta’ filgħodu jibda’ marċ mill-Banda tal-Iscouts u fid-9.00 am ikun hemm Quddiesa.