It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wasal lura Malta minn Lourdes fejn mexxa pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ attendew 350 persuna li nkludew 120 pazjent, 6 tobba, 12-il infermier, terapista u spiżjar. Barra minn hekk, kull pazjent kien akkumpanjat minn helper.

Din is-sena, l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-pellegrinaġġ wasal fi tmiemu b’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Cremona fil-grotta ta’ Masabielle.

Ritratti minn Fr. Martin Micallef