L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa għal dan ix-xahar ta’ Settembru hija sabiex l-għalliema kollha jkollhom l-għarfien ta’ kif jikkomunikaw l-imħabba tal-verita lit-tfal afdati f’idejhom. Barra minn hekkinisslu fihom valuri morali u spiritwali awtentiċi.
L-Appostolatura tat-talb tal-Papa,bħal kull ftuħ ta’ xahar ġdid, ħabbret ukoll l-intenzjoni appostolika tal-Kap tal-Knisja. Qalet li l-Papa Benedittu XVI, matul dan ix-xahar ta’ Settembru, se jkun qed jitlob sabiex il-komunitajiet insara tal-Asja jipproklamaw il-Vanġelu b’entużjażmu, b’xiehda għas-sbuħija tiegħu u bil-ferħ ġej mill-fidi.