L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħalla Malta għal Lourdes biex imexxi pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes. Għal dan il-pellegrinaġġ qed jattendu 350 persuna li jinkludu 120 pazjent, 6 tobba, 12-il infermier, terapista u spiżjar. Barra minn hekk, kull pazjent se jkun akkumpanjat min helper.
Din is-sena, l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-pellegrinaġġ jasal fi tmiemu b’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Cremona fil-grotta ta’ Masabielle. L-Arċisqof jasal lura Malta nhar it-Tlieta, 6 ta’ Settembru.