Ċifri mogħtija mill-Aġenzija Appoġġ lil IL-ĠENSillum online juru li matul is-sena li għaddiet Appoġġ kellha quddiemha 1,399 każ ta’ abbuż ta’ tfal, jew li kienu f’riskju li jkunu abbużati. Dan hu f’kuntrast ma’ ħames snin ilu, meta l-każi rrappurtati lil Appoġġ kienu 995, li jfisser żieda ta’ 404 każ f’temp ta’ ħames snin.

Ħarsa lejn iċ-ċifri għal dawn l-aħħar snin turi li minn sena għal oħra quddiem Appoġġ kien hemm żieda kostanti fl-għadd ta’ dawn il-każi. Fl-2005, il-każi ta’ tfal vittma ta’ abbuż kien ta’ 995; fl-2006 dawn telgħu għal 1,557; fl-2007 kien hemm 1,608 każ; fl-2008 – 1,366 każ; fl-2009 – 1,290 każ, waqt li kien hemm 1,399 każ ta’ abbuż ta’ tfal is-sena li għaddiet.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Appoġġ, Sina Bugeja, saħqet li “dawn iċ-ċifri ma jirriflettux kemm hi kbira l-problema f’Malta, iżda juru biss dawk il-każijiet li tkun ħadmet fuqhom l-Aġenzija. Ikun hemm bosta każijiet oħra, li ma jiġux irrappurtati lill-Aġenzija Appoġġ”.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com