L-aġenzija tar-reklamar li ma tfittixx li tagħmel profit, Heroic Media, li hi aġenzija li tfittex li tippromwovi il-kultura tal-ħajja, nediet servizz tal-aħbarijiet bl-isem HEROIC NEWS.
Deskritt bħala “sors ta’ aħbarijiet one-stop b’aġġornament kontinwu fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ħajja”, is-servizz jikkompila stejjer minn fonti differenti ta’ aħbarijiet dwar suġġetti bħall-abort, l-ewtanasja, ir-riċerka fuq l-embrijuni, iż-żwieġ tradizzjonali, il-pornografija u l-klowning uman. Is-servizz hu aċċessibbli bl-Ingliż u bl-Ispanjol.
Il-Fundatur Brian Follett qal li dan is-servizz tal-aħbarijiet huwa estenzjoni naturali tal-aġenzija Heroic media, li minn dejjem kellha żewġ għanijiet ewlenin – li tipprovdi lin-nisa li jiffaċċjaw tqala mhux pjanata b ‘alternattivi li joffru tama,permezz ta’ reklamar fil-media; u t-tieni b’ħolqien ta’ kultura tal-ħajja. B’Heroic News, wieħed jista’ direttament jingaġġa f’ħidma bil-għan li tinbena kultura, rifless anki fl-aħbarijiet.
Jennifer Uebbing, editriċi tal-edizzjoni bl-Ingliż, qalet li hija eċċitata li tinsab parti minn dan il-proġett innivattiv fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni. “Heroic News hi r-risposta li kienet ferm mistennija għal rappurtaġġ taħt kappa waħda tal-iktar kwistjonijiet delikati u attwali. Qed tipprovdi aħbarijiet li huma attwali, relevanti għal żmienna u b’kontenut kritiku għal dinja għatxana għall-verita”.
L-editur tal-verżjoni Spanjola, Alejandro Lostaunau,qal li hu jisnab fiduċjuż li s-servizz se jinstab minn ħafna bħala wieħed utli,speċjalment għal organizzazzjonijiet li jaħdmu favur il-ħajja u favur il-familja. “Minn Spanja,fejn dawn il-kwistjonijiet jilagħbu rwol kulturali ferm importanti, sa Costa Rica, li għandha waħda mill-ikbar tradizzjonijiet favur il-familja u favur il-ħajja, dawn il-kwistjonijiet se jibqgħu jingħataw massima importanza mill-Insara, u għalhekk Heroic News se tibqa’ żżomm lil kulħadd aġġornat.