MIN IHADDEM U X-XOGHOL VOLONTARJU

Din is-sena hija dedikataha ghax-Xoghol Volontarju. Ahna bhala Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-xoghol aktar nittrattaw ix-xoghol bhala impjieg bil-paga li jixraqlu. Imma din is-sena ahna ddiskutejna fuq kif it-tema tal-Volontarjat hija relatatha mad-dinja tax-xoghol. Qeghdha tindara fost il-maltin li jkun hemm min isib hin fl-agenda tieghu biex jaghmel ix-xoghol volontarju, dawn it-talin aktar milli ghandhom hin ghandhom qalb li thoss ghal haddiehor u jsibu hin biex jaghmlu dan ix-xoghol ta’ fejda ghal huthom fil-bzonn. Nisimghu wkoll, forsi mhux tant spiss, fejn min ihaddem stess jiehu l-inizjattiva u jghin biex dawk li jahdmu mieghu jaghmlu dan it-tip ta- xoghol. Din l-inizjattiva hija ta’ min ifahharha u jheggeg biex aktar minn dawn l-‘employers’ jdahhlu din l-idea fl-azjenda taghhom.

NIEQFU FTIT NAHSBU X’INHU X-XOGHOL GHALINA

Kull bniedem ghandu xoghol li jrid jwettaq f’hajtu, kemm ghalih innifsu, biex ihossu qieghed jinghaqad ma’ Alla l-Hallieq f’bini ta’ dinja gdida, kemm ghal ghixien tieghu u tal-familja u anke ghall-gid tas-socjeta. Imma xi kultant ahna nintilfu fix-xoghol u ninsew il-valur sublimi ta’ xoghol il-bniedem. Il-Papa Gwanni Pawlu meta kien Malta l-ewwel darba fis-sena 1990, kien iltaqa mal-haddiema maltin sewwa sew fi pjazza Margerita, f’Bormla. Hemm kien ghamel diskors interessanti li tajjeb li xi kultant nergghu nirriflettu fuqu. Huwa semma’ li l-Knisja dejjem kellha stima kbira ghad-dinja tax-xoghol u dan fost l-ohrajn ghax jghin fil-bini ta’ karattru sod u anke jghin fil-bini ta’ personalita b’sahhitha. Dan isehh bl-istess xoghol fih innifsu aktar u aktar meta ninkludu wkoll ix-xoghol volontarju. F’dan id-diskors il-Papa jghid li d-dinja tax-xoghol mhux maqtugha mill-Vangelu ta’ Kristu. Anzi Gesu Kristu, il-mastrudaxxa ta’ Nazaret qaddes xoghol il-bniedem. Nafu kemm kien jinteressah Gesu xoghol il-bniedem u dan narawh f’kemm kien juza s-snajja tal-bniedem bhal bidwi, rghajja, sajjieda, qaddejja, in-negozjant, is-suldat fil-prietki tieghu. Huwa kien jsemmi l-hidma tal-bniedem biex juri l-hidma ta’ Alla li hija l-ewwel hidma voluntarja mimlija imhabba fil-holqien.

Il-Papa f’dan id-diskors li kien ghamel lill-haddiema maltin kien semma’ ukoll li ‘x-xoghol ghandu impatt qawwi fuq il-hajja tal-bniedem u ma jistax ikun mifrud mir-risponsabilitajiet etici u morali ta’ kull minn hu involut’. Kull min hu nvolut fid-dinja tax-xoghol; haddiema, min ihaddem, min jirraprezenta lill-haddiema, il-gvern, il-familji tal-haddiema, ghandhom jorbtu x-xoghol mhux biss mal-ekonomija imma wkoll norbtu x-xoghol mar-responsabilitajiet etici u morali; li x-xoghol tieghi jkun ta’ fejda ghas-socjeta kollha, l-aktar ghal dawk li huma vulnerabbli.

Il-Papa jikkowta id-dokument konciljarju Gaudium Et Spes (67) fejn jghidilna li l-Knisja tixtieq twassal lid-dinja dak li hu jsejjahlu ‘Il-Vangelu tax-xoghol’, li fix-xoghol hemm l-ahbar it-tajba, ghax bix-xoghol, Alla permezz tal-haddiem, ikun qieghed ikompli jifdi lill-bniedem u jaghmlu shih. Nikkwotaw x’jghid il-Papa: ‘Kull min jisma dan il-Vangelu u jghix bih, ma jistax jibqa ihares lejn ix-xoghol bhala sempliciment kumdita biex nakkwista l-flus. F’sens aktar wiesgha u nobbli x-xoghol ghandu jkun mezz fejn nizviluppa b’mod personali u mezz normali ghall-bnedmin biex joholqu kundizzjonijiet li jippermettu hajja aktar b’sahhitha kemm kulturalment, socjalment u religjozament’. Dan jghinna nahsbu kif fid-dinja tax-xoghol hemm bzonn li jidhol aktar is-sens ta’ voluntarjat, b’hekk barra li bix-xoghol naqilghu l-ghixien taghna inkunu aktar generuzi billi nahdmu wkoll biex intejjbu l-hajja ta’ min hu aktar batut minna.

Il-Papa f’dan id-diskors jikkwotalna lil San Pawl li jghidilna: ’Kull ma taghmlu, aghmluh minn qalbkom bhallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin; ghax tafu li ghad tiehdu l-hlas li hejja b’wirt ghalikom il-Mulej’ (Kolossin 3,23-24). Minn hawn jigi u jibda x-xoghol volontarju li dak li jkun jahdem b’qalbu, jaghraf li l-Mulej tah is-sahha biex ikun jista jghin lil haddiehor u l-voluntarjat jghin lil dak li jkun jiftah qalbu kemm ghal Alla u anke ghal hutu l-bnedmin.

Il-Papa qalilna bi kliem car lilna l-haddiema: ‘L-ghola virtu tal-haddiem malti (irgiel u nisa) ghandu jkun is-solidarjeta’. Min din is-solidarjeta li johrog is-sens ta’  volontarjat, meta dak li jkun (haddiem u min ihaddem) jaghraf ir-responsabilita u l-interessi komuni ta’ socjeta li tghin lil min hu f’zvantagg fis-socjeta minhabba diversi fatturi. F’dan id-diskors il-Papa jghidilna li ghandna nkunu responsabbli ta’ wiehed lejn l-iehor u hemm bzonn ta’ atti konkreti ta’ solidarjeta bejn impjegati u min ihaddimhom, bejn il-haddiema nfushom u din is-solidarjeta ghandha tissarraf billi nkunu aktar sensittivi ghall-fqar u dawk li huma vulnerabbli. F’gheluq ta’ dan id-diskors il-Papa jaghmlilna appell biex nghidu Iva ghall-izvilupp shih (kemm materjali u anke spiritwali) ta’ kull cittadin ta’ dawn il-gzejjer, b’mod specjali ghall-foqra u ghal dawk li huma fil-bzonn. Din l-Iva li qieghed jghidilna l-Papa nikkonfermawha f’din is-sena tal-voluntarjat, biex ahna lkoll, b’mod specjali min ihaddem, fil-pjanijiet tieghu jkun qed jikkonferma din l-Iva ghall-izvilupp mhux biss tal-azjenda tieghu, mhux biss tal-haddiema tieghu imma ta dak li Alla pprovdilu jghin lil min hu fil-bzonn tieghu.

X’INHU L-VOLONTARJAT?

Nibqghu nfittxu xi jghid l-istess Papa Gwanni Pawlu (li dalwaqt jigi bbeatifikat) fuq il-Voluntarjat. Fil-5 ta’ Dicembru 2001 kien baghat messagg ghas-sena tax-xoghol volontarju u jsemmi li dan ix-xoghol volontarju huwa xaqq ta’ dawl, ta’ tama li jirfed id-dlamijiet tas-solitudni u jghin lil dak li jkun biex johrog minn din is-sitwazzjoni.

Biex nifhmu ahjar x’inhu l-voluntarjat, f’dinja li llum hija aktar inklinata ghall-izvilupp ekonomiku personali u l-konsumerizmu, il-Papa jgib l-ezempju tal-istess Gesu Kristu li xejjen lilu nnifsu billi ha n-natura ta’ ilsir, sar jixbah lill-bniedem u deher minn barra bahal bniedem, (Filippin 2,7). Ix-xoghol volontarju dan jitlob minna li nxejjnu lilna nfusna, li ninzghu minna nfusna u nsiru nixbhu ftit lil dawk li huma fil-bzonn taghna u nhossu l-esperjenza taghhom, b’hekk inkunu nistghu naraw f’hiex ahna nistghu nghinu.

Il-Papa f’dan id-diskors ta’ voluntarjat jaghti ezempji ta’ zewg qaddisin; San Massimiljan Kolbe li offra hajtu biex jigi salvat missier ta’ familja, u Madre Teresa ta’ Calcutta li kkonsagrat lilha nfisha ghall-ifqar fost il-fqar. Dawn il-qaddisin u hafna ohrajn iqanqlu fina din ix-xewqa qaddisa li hemm fina li ahna fil-posizzjoni li ghandna nkunu lesti li noffru ftit mill-hin, beni, hsieb taghna ghall-bzonnijiet tal-ohrajn.

Il-Papa jghid li l-karita hija l-aqwa forma ta’ l-evangelizazzjoni ghax biha dak li jkun jwiegeb ghall-bzonnijiet tal-bniedem u hekk inkunu qeghdin nuru l-imhabba tal-Missier Alla li ghandu ghal kull bniedem. Bix-xoghol volontarju n-nisrani jkun xhud ta’ din il-karita Divina li tant hija mehtiega u tant tghin anke fil-postijiet tax-xoghol taghna.

Interessanti dak li jghid il-Papa li  hemm nies li waqt li ghamlu xoghol volontarju ssahhew aktar fil-fidi. Ix-xoghol volontarju barra li huwa ta’ ghajnuna ghal min qed jircievi dan is-servizz huwa wkoll ta beneficju ghal min jaghmlu. Bhal kwalunkwe xoghol, ix-xoghol volontarju jghin lil dak li jwettqu biex jirrealizza lilu nnifsu bhala bniedem shih, bniedem li hu socjali, bniedem li ghandu xoghol mal-Hallieq biex jghin lil ohrajn. Fil-xoghol volontarju niltaqghu ma’ Kristu li qalilna ’kont bil-guh u tmajtuni, kont bil-ghatx u sqejtuni’.

MIN IHADDEM U X-XOGHOL VOLONTARJU

Imma wiehed forsi jistaqsi dawn iz-zewg realtajiet (xoghol u voluntarjat) imorru flimkien? Ix-xoghol volontarju jghin id-dinja tax-xoghol?

Barra minn Malta dan il-xoghol volontarju qieghed dejjem ma jmur jizviluppa, b’koperazzjoni minn min ihaddem u mill-haddiema. Tisma barra b’termini bhal Corporate Volunteering, Employer support volunteering jew Workplace volunteering. Huma termini li f’Malta ghadhom mhux daqshekk inkluzi. Nemmnu li tajjeb li matul din is-sena kull minn ihaddem jibda jara u jistudja dawn ir-realtajiet u jara kemm huma ta’ min ihaddimhom anke fil-post tax-xoghol taghhom. Dawn il-gruppi, l-idea komuni taghhom hija li l-haddiema jaghmlu xoghol volontarju fil-komunita b’xi forma ta’ sapport u nkoraggiment minn min ihaddimhom.

Biex dawn il-programmi ta’ xoghol volontarju jahdem sewwa wiehed ghandu jiehu nkonsiderazzjoni tlett affarijiet: 1. Il-prijoritajiet tal-kumpanija, 2. L-interess tal-haddiem, 3. Il-bzonn tal-komunita. Min ihaddem irid ikollu din l-istampa shiha fl-ippjanar tal-programm tal-kumpanija. L-ewwel, il-prijorita tal-kumpanija trid tithares, u ma nistennewx li din il-priorita ghandha tigi mhedda imma ghandha tithares ghall-istess gid tal-haddiem u min ihaddmu. L-Interess tal-haddiem huwa wkoll prijorita li kull min ihaddem ghandu jhares, imma dawn it-tnejn ma jeskludux li jkun hemm l-ghajnuna ghal bzonnijiet tal-.bil-bosta kemm lill-kumpanija, kemm lil haddiem u sintendi kien ta’ ghajnuna diretta fis-socjeta.

Hu min ihaddem li ghandu jiehu l-inizjattiva li johloq dan l-interess ta’ voluntarjat fil-haddiema tieghu. Mhux ideja hazina per ezempju li kumpanija jkollha kumitat maghmul apposta biex jaraw kif jistghu jipprogrammaw hidma voluntarja fil-kumpanija taghhom. Barra minn dan wiehed jista wkoll jitkellem ma organizazzjonijiet li jahdmu minghajr profit fil-qasam volontarju.

L-impenn ta’ min ihaddem lejn ix-xoghol volunarju jista jvarja minn sempliciment li min ihaddem jirrikonoxxi l-hidma volunarja li jsir minn haddiema tieghu, ghal ghajnuna u donazzjoni ta’ hin (hin imhallas mill-kumpanija) lill-organizazzjoni voluntarja li ghaliha jkun qieghed jahdem il-haddiem.

L-ASPETT POSITTIV GHALL-KUMPANIJA LI TADDATTA HIDMA VOLONTARJA

Hemm hafna aspetti posittivi li huma ta’ beneficju ghall-istess persuna li thaddem meta  taddatta program ta’ xoghol volontarju fil-post tax-xoghol.

L-ewwel aspett huwa li jkun jinhass aktar s-sens altruistiku kemm f’min ihaddem u kemm fil-haddiema. Dan is-sens altruwista jfisser li dak li jkun ikun aktar motivat mix-xewqa li jkun utli ghal dawk fil-bzonn u jhoss il-bzonn li jkun aktar dispost li jikkontribwixxi fis-socjeta. L-altruwizmu jghin lil dak li jkun jimtela bit-tama ta’ dinja ahjar, ta’ socjeta ahjar, ta’ post tax-xoghol ahjar. L-atruwizmu jghinna biex nkunu nashbu mhux biss f’dawk li nghinu fix-xoghol volontarju imma anke inkunu aktar generuzi ma’ shabna l-haddiema u anke ma min ihaddem u sintendi min ihaddem ikun aktar generuz mal-haddiem.

Aspett iehor li wiehed jibbenifika meta jaghmel xoghol volontarju huwa li tizdied r-relazzjoni socjali u jinhass aktar il-bzonn li taghmilha ma haddiehor, tissocjalizza aktar u taghmel aktar konoxxenzi. Din ir-realazzjoni tghin lill-haddiem u min ihaddem jiskopri aktar lilu nnifsu, ghax int meta tiltaqa ma ohrajn tiltaqa mieghek nnifsek wkoll. Nafu kemm hu mportanti r-relazzjoni li ghandu jkun hemm bejn min ihaddem u minn jahdem u n-nuqqas ta’ dan iwassal ghal hafna konflitti fuq il-post tax-xoghol. Ir-relazzjoni socjali hija mportanti biex nifhmu l-agir ta’ xulxin, u aktar ma nifhmu lil xulxin aktar nistghu nahdmu flimkien.

Aspett iehor posittiv li huwa risultat ta’ hidma voluntarja hija li fil-kumpanija ikun hemm motivazzjoni ghall-kawza specifika li qeghdin nahdmu lkoll ghaliha. Dan il-fatt jghin hafna u jkabbar fil-haddiema flimkien ma’ min ihaddimhom is-sens ta’ teamwork.

Ix-xoghol volontarju jghin lil min jaghmlu ghax jitghallem aktar rigward ix-xoghol u jkollu esperjenzi ohra ta’ xoghol. Dan jghin lil dak li jkun biex huwa japprezza xoghol haddiehor.

Il-Kummissjoni Pastorali fid-dinja tax-xoghol f’din is-sena ta’ riflessjoni fuq ix-Xoghol Volontarju, sena li fiha kulhadd mistieden kif jista jaghti sehmu f’dan il-kamp, tistieden lil min ihaddem biex hu wkoll jistudja u jara kif jista jghin flimkien mal-haddiema tieghu f’dan il-qasam, u dan ghall-glorja ta’ Alla, ghall-gid tal-kumpanija, tal-haddiema u ta’ dawk li qeghdin jistennew l-ghajnuna mimlija mhabba min-naha taghna.