B’kollox se jagħmel 1,250 kilometru fuq ir-rota biex jiġbor fondi għal Dar Sagra Familja, Ħaż-Żabbar! L-inizjattiva hi ta’ Franco Azzopardi, iċ-Ċermen ta’ Radju RTK, li aktar tard dan ix-xahar beħsiebu jagħmel żewġ maratoni bir-rota, waħda bejn Londra u Pariġi fuq medda ta’ 500 kilometru, li jrid jagħmel f’24 siegħa, u ġimgħa wara maratona oħra fl-Isvizzera, did-darba ta’ 720 kilometru, fuq terran aktar diffiċli, u li jrid jagħmel fi 28 siegħa.

Hi inizjattiva li tagħmel parti minn ‘RTK4Charity’, li Radju RTK nieda fl-aħħar tax-xahar li għadda biex jikkonsolida r-rwol tiegħu bħala mezz biex jinġabru fondi għad-djar u istituzzjonijiet oħra tal-Knisja. Radju RTK ilu s-snin jorganizza l-kampanja ‘Familji fil-Bżonn’ fi żmien il-Milied, u l-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi kull l-ewwel tas-sena fid-Dar tal-Providenza.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com