Evangelisation

Il-Papa Bendittu XVI qal li “l-Evanġelizzazzjoni ġdida tfisser li wieħed ifittex l-iktar mezzi effettivi biex jitwassal il-messaġġ tal-vanġelu lid-dinja li llum hija aktar distratta jew wisq għamja biex taqra dak li hu divin”. Fi kliemu, l-kriżi spiritwali hi karatterizzata b’nies li jeskludu lil Alla minn ħajjithom, “b’indifferenza ġeneralizzata” lejn il-Kristjaneżmu, fejn il-fidi hi mbuttata mill-isfera pubblika għal dik privata. Il-Knisja, kompla, trid issib mezzi biex tkun iżjed effettiva fil-proklamazzjoni tal-messaġġ tas-salvazzjoni.

Il-Papa kien qed jindirizza membri tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida. Il-Kunsill ġdid, immexxi mill-Arċisqof Rino Fisichella, iltaqa’ għall-ewwel assemblea plenarja tiegħu bejn it-30 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju. Il-Papa li waqqaf dan il-Kunsill ġdid, qal li jittama li l-membri tal-Kunsill jiffurmaw xi forma ta’ pjan għall-Knisja kollha fir-rigward tal-ħtieġa urġenti ta’ ħidma mġedda fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni. Qal li dinil-ħidma tinkludi l-formazzjoni, speċjalment għaż-żgħażagħ. Qal li hu importanti għan-nies li tifhem li “li tkun nisrani mhix libsa li tintlibes fil-privat jew f’okkażjonijiet speċjali, imma hi esperjenza ħajja attwali f’kull żmien” .  Temm jgħid li parti mit-tiġdid tal-ispirtu missjunarju f’dil-missjoni jinvolvi l-assigurazzjoni li kull azzjoni tkun kompatibbli u timxi id f’id mat-twemmin ta’; min ikun qed iwettaqha.