L-Għaqda Studenti tat-Teologija (GĦST) qed torganizza s-Serata Akkademika Annwali tagħha f’ġieħ San Tumas t’Akwinu taħt il-patrunaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremoa O.P. Din ħa ssir fil-Grand Ballroom tal-Hotel Phoenicia, Floriana nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2011 fis-7.30pm.

Il-Prof Sigrid Muller, Viċi-Dekan u għalliema tat-Teoloġija Morali fil-Fakulta’ tat-Teoloġija Kattolika fi ħdan l-Universita’ ta’ Vienna ser tagħti taħdita fuq ‘Searching for Happiness’.

Il-Prof Sigrid Muller studjat it-Teoloġija, il-Latin u t-Taljan f’Tübingen u fl-Universita’ Pontifiċ1ċja Gregorjana f’Ruma. Għandha Masters fil-Family Counselling mill-Universita’ Kattolika ta’ Salamanka. Hi tirriċerka fuq l-istorja tat-teoloġija morali u l-bioetika b’attenzjoni partikulari għall-etika fit-teknoloġija. Fl-2008, ġiet maħtura Membru fl-Akkademja Awstrijakka tax-Xjenzi u membru fil-Bord Kuratorju tal-Fond Awstrijakk tax-Xjenza (FWF).

Prof Muller ser tagħti wkoll dawn it-taħdidiet:

Il-Ħamis 5 ta’ Mejju – ‘Creating New Forms of Life: Ethical Challenges of applying Synthetic Biology in a Medical Context’ fl-Universita’ ta’ Malta, New Anatomy Lecture Room (NALR), Biomedical Building fl-10.00am.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju – ‘Between Spirituality and Morality: the Role of Charity in Late Medieval Moral Theology’ fl-Universita’ ta’ Malta, Gateway Building Hall E fl-10.00am.