Nhar it-Tlieta 26 t’April saret laqgħa oħra ta’ Talb għall-Familji. Din saret fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq bis-sehem tal-Parroċċi ta’ Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi u Ħal Safi li jiffurmaw parti mill-istess Unità 16.
Dawn il-laqgħat qed jiġu organizzati mis-Segretarjat tal-Parroċċi flimkien mas-Segretarjat tal-Lajċi li għalihom l-insara Maltin kollha huma mistiedna jattendu sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi rġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat tintalab it-Talba tar-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.
Laqgħa oħra bħal din ser issir nhar it-Tlieta 3 ta’ Mejju fis-7.30pm fil-Knisja S. Antnin, Għajn Dwieli, Paola bis-sehem tal-Parroċċi ta’:
Unità 1: Floriana, Valletta S. Pawl, Valletta S. Duminku, Valletta S. Wistin
Unità 12: Luqa, Paola Kristu Re, Paola Lourdes, Santa Luċija, Tarxien
Unità 14: Birgu, Bormla, l-Isla, Kalkara