Nhar l-Erbgħa 20 ta’ April, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser immexxi l-Via Crucis Nazzjonali li huwa organniżat minn Radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Knisja f’Malta. Dan ser issir fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u r-rabta tiegħu ma’ Malta.

Dan ser issir mas-swar tal-Imdina, fit-8.00 p.m. Il-Via Crucis tibda minn ħdejn il-Knisja ta’ Santu Wistin fir-Rabat, tghaddi mit-toroq tal-Imdina u tintemm quddiem Kattidral. It-Test tal-Via Crucis ħa jkun dak ta’ Ġwanni Pawlu II fl-okkażżjoni tal-Beatifikazzjoni tiegħu.

L-attivita’ tixxandar fuq Radju RTK (103 FM Stereo).

AGĦFAS HAWN għat-test li se jintuża fil-Via Crucis.