Il-Papa Benedittu XVI qal li Kristu huwa l-pedament li fuqu trid tinbena l-hajja, anki jekk hafna jaghzlu li jibnu hajja fuq “ir-ramel tal-ideologiji, il-poter, is-success u l-flus”. Fil-messagg tieghu qabel ir-recita tal-Angelus tal-Hadd, il-Papa rrifletta fuq il-liturgija li fiha Kristu pprezenta l-parabbola taz-zewgt idjar “wahda mibnija fuq sisien sodi u l-ohra mibnija fuq ir-ramel”. Fisser li “Gesu hu l-Kelam Hajja t’Alla. Meta kien jghallem, fil-kliem tieghu, in-nies kienu jirrikonoxxu sens t’awtorita divina u kienu jhossuhom qribu, kienu jhossu wkoll l-imhabba u l-hniena tieghu li jwassluhom biex iduru lejn Alla b’sens ta’ radd il-hajr.

“F’kull zmien u post, dawk li ghandhom il-grazzja li jsiru jafu lil Kristu, specjalment permezz tal-qari tal-Vangelu, jibqghu affaxxinati, jirrikonoxxu fit-taghlim u l-gesti, fif ukoll fil-Persuna tieghu, dak li jirrevela lil Alla nnifsu”, kompla l-Papa.

Jigri pero, ilmenta l-Papa, li “il-bniedem ma jibbazax l-azzjonijiet u l-ezistenza tieghu fuq din l-identita, u jippreferi r-ramel ta’ ideologiji, poter, success u flus. Dan ghax dak li jkun jahseb li f’dawn se jsib l-istabilita u r-risposta ghall-mistoqsija irripressabbli dwar il-ferh u dak li jimla l-qalb tal-bniedem.”

Il-Papa afferma li “Kristu hu l-blata tal-hajja taghna u huwa Hu li jista’ jissodisfa l-qalb umana bir-risposti” ghad-dubji u d-diffikultajiet.

Wara t-talba tal-Angelus, il-Kap tal-Knisja Kattolika esprima thassib dwar is-sitwazzjoni kurrenti fl-Afrika u l-Asja. Ta konsiderazzjoni partikolari ghal dak li ghaddej fil-Libja, b’tensjoni li qed thalli nies mejta u htigijiet umanitarji dejjem jizdiedu. Temm jitlob ‘l Alla ghal min jinsab b’din is-sitwazzjon i sabiex isib l-ghajnuna u s-solidarjeta inkluz bit-talb.