Nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għall-organizzaturi tal-festi. Din il-Quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat, fis-6.oo p.m.

Is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed jistieden lill-President u s-Segretarju jew żewġ Rappreżentanti ta’ Kumitati, Gruppi, Assoċjazzjonijiet u Każini li jagħtu sehemhom fl-organizzazzjoni tal-Festi tal-Qaddisin.